Użu Għaqli ta' Supportline 179

Supportline 179 - X’għandek tagħmel, X’m’għandikx tagħmel

X’għandek tagħmel: 

  • Ċempel Supportline 179 biex tirraporta abbuż fuq tfal, inkluż abbuż tat-tfal fuq l-internet, kif ukoll każijiet ta’ traskuraġni; 
  • Ċempel Supportline179 għal assistenza fuq vjolenza domestika, homlessness, ħsibijiet ta’ suwiċidju, problemi fiż-żwieġ u/jew problemi familjari, solitudni, problemi emozzjonali, problemi ta’ mġiba, dipressjoni jew problemi oħra ta’ saħħa mentali, traffikar ta‘ persuni, abbuż minn sustanzi, u logħob tal-ażżard, fost l-oħrajn; 
  • Ċempel fuq Supportline 179 jekk qed tħossok waħdek u għandek bżonn titkellem ma’ xi ħadd fuq l-emozzjonijiet tiegħek;  
  • Illimita l-ħin tat-telefonata – ħaddieħor jista’ jkun qed jipprova jaqbad fuq Supportline 179 waqt mument ta’ kriżi!

X’m’għandikx tagħmel: 

  • Tużax Supportline 179 biex tagħmel ċajta – tfal li għaddejin minn abbuż jew vittmi ta’ vjolenza domestika, jew persuni oħra li jinsabu f’mument ta’ kriżi jew jeħtieġu għajnuna urġenti, jistgħu jsibu l-linja okkupata waqt li int tkun qed tuża’ Supportline 179 b’mod mhux floku; 
  • Tużax Supportline 179 bħala direttorju (telephone directory);
  • Iċċempilx Supportline 179 biex tieħu pariri legali jew mediċi; 
    Iċċempilx Supportline 179 biex tagħmel ilmenti dwar entitajiet oħra; 
  • Iċċempilx Supportline 179 biex tirreferi adulti oħra li għandhom bżonn għajnuna ta’ social work. Inkoraġixxi lil persuna li jkollha bżonn għajnuna ta’ social work biex iċċempel hi stess għal għajnuna; 
  • Għalkemm Supportline 179 jipprovdi għajnuna u sapport, dawn ma jistgħux jiġu mqabbla mal-għajnuna mogħtija minn social workers jew professjonisti oħra fuq perjodu itwal.

 
 
Għall-verżjoni bl-Ingliż agħfas hawn.