L-Aġenzija SEDQA
25
sena ta’ servizz, 25 sena ta’ suċċess
L-istorja tal-Aġenzija Sedqa minn twaqqfet 25 sena ilu hija waħda ta’ suċċess u
dan grazzi għal servizz ħolistiku li huwa prattikament uniku f’ pajjiżna.
Il-Bidu
F’għeluq il-ħamsa
u għoxrin sena ta’ hidma sfiqa fil-kamp tad-dipendenzi ta’ l-Aġenzija Sedqa,
qed tiġi mfakkra l-memorja tat-tabiba Maria Sciberras, il-pijuniera li biddlet il-futur ta’ min kien
vittma tad-droga.
Fil-fatt,
permezz tal-pedamenti li bniet Dr. Sciberras fil-qasam tad-dipendenzi u
l-isfidi xejn faċli li sabet, illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li l-Aġenzija
Sedqa toffri servizzi mmexxija min-nies professjonali u dedikati biex jgħinu
nies li jispiccaw dipendenti minn xi sustanzi illeċiti, sustanzi leċiti
bħall-alkoħol, kif ukoll minn dipendenzi oħrajn ġodda bħall-internet addictions u gaming addictions.
Qabel ma daħlet Dr Maria Sciberras, it-trattament, li hu magħruf ahjar bhala opiate substitution medication, kien
jingħata mill-isptar Monte Carmeli iżda Dr Maria Sciberras kienet refgħet
ir-responsabilità u pperswadiet lill-awtoritajiet biex dan it-trattament jibda
jingħata mill-Isptar San Luqa u b’hekk fis- 6 ta’ April, 1987 infetaħ iċ-Ċentru
tad-Detox. Hija kellha wkoll kuntatti mas-St. George’s Hospital f’Londra
li kien joffri servizzi simili u kellha aċċess għal informazjoni ta’ kif
tinghata kura fuq livell internazzjonali.
L-Aġenzija Sedqa illum
żviluppat ħafna u dan huwa kollu frott ta’ pijunieri bħal Dr Maria Sciberras li
min jaf kemm kellhom qtugħ ta’ qalb peress li ma kellhomx il-mezzi meħtieġa
biex jaħdmu f’dan il-qasam hekk delikat.
L-Aġenzija
Sedqa twaqqfet fis-26 ta’ Ġunju tas-sena 1994 bħala parti mill-konklużjonijiet
li ħarġu mir-Rapport Meli u bdiet topera minn Triq il-Mitħna f’Ħal Qormi.
Mill-bidu
nett, il-ħsieb wara l-ħolqien ta’ Sedqa kien li jkun one-stop-shop li joffri
servizz ħolistiku li jibda minn:
1. prevenzjoni primarja permezz ta’ firxa wiesa’ ta’ programmi edukattivi
fl-iskejjel u anki fuq il-postijiet tax-xogħol,
2. prevenzjoni sekondarja fil-komunità fejn issir ħidma one-to-one mal-persuna li tkun f’diffikultà u li tkun tixtieq tibda
tirċievi l-għajnuna; u
3. prevenzjoni
terzjarja permezz tat-treatment
li huwa jew il-harm reduction li jsir
fid-DETOX jew ir-rijabilitazzjoni li ssir fiċ-Ċentru Residenzjali li għandna f’Ħal
Farruġ.
Mill-bidu
nett tagħha, l-ħidma tal-Aġenzija Sedqa kienet imsejsa fuq erba’ komponenti
ewlenin. Dawn kienu u għadhom:
i.
Żvilupp
leġislattiv,
ii.
Żvilupp
istituzzjonali,
iii. Żvilupp
tar-riżorsi umani,
iv.
Żvilupp
fil-komunità
Mill-bidu
nett il-prinċipji li ggwidaw din il-ħidma kienu li l-Aġenzija Sedqa trid
twieġeb għal bżonnijiet reali fis-settur u dan billi l-ħidma tkun ibbażata fuq
riċerka attwali u ħaddiema professjonali f’xogħolhom. L-Aġenzija kienet
mill-bidu nett ippjanata li tkun flessibbli biżżejjed li twieġeb
għall-ħtiġijiet li jinbidlu tas-soċjetà b’mod tempestiv u fil-pront.
Dan għadu
validu llum fejn l-isfida għall-Aġenzija Sedqa, bħala parti mill-Fondazzjoni
għal Servizzi ta’Ħarsien Soċjali, hija li Sedqa tibqa’ twieġeb għar-realtajiet
ġodda fil-qasam tal-addictions.
Il-Ħidma ta’ PREVENZJONI
Fil-qasam
tal-Prevenzjoni, li huma l-aktar vasti u offruti esklussivament mill-Aġenzija
Sedqa, l-għan ewlieni hu li tfal, żgħażagħ u adulti jkollhom l-għodda u l-għarfien
meħtieġ biex ma jinħakmu minn ebda dipendenza. Dan isir permezz ta’
sessjonijiet ta’ prevenzjoni li jsiru għall-gruppi b’suġġetti kemm għat-tfal,
żgħażagħ, adoloxxenti u l-pubbliku in ġenerali.
Qasam
partikolari li huwa flagship ewlieni tal-Aġenzija SEDQA huwa dak tal-prevenzjoni
fuq il-post tax-xogħol. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar 22 sena, SEDQA żviluppat
il-programm magħruf bħal s-SUBSTANCE ABUSE FREE EMPLOYEES (SAFE)
li permezz tiegħu nagħtu taħriġ lil entitaijiet kemm fis-settur pubbliku u kemm
fis-settur privat biex jakkwistaw kemm l-għarfien (knowledge) u kemm il-ħiliet bażiċi (basic skills) meħtieġa biex jiffaċċjaw u jgħinu impjegati li
jkollhom problema ta’ abbuż ta’ sustanzi.
Servizzi fil-KOMUNITÀ
L-Aġenzija
Sedqa toffri wkoll servizzi fil-komunità. Dawn is-servizzi huma pedina
mportanti fl-aġenzija u huma mmirati għal dawk il-persuni li għandhom bżonn xi
tip ta’ għajnuna, filwaqt li jkunu jistgħu jkomplu bil-ħajja normali tagħhom, jiġu
mgħejjuna jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom waqt li jkomplu r-rutina ta’ kuljum tagħhom.
Sedqatoffri servizzi psikoloġiċi ta’ terapija
individwali kemm għal tfal, adoloxxenti u adulti. Is-servizz joffri wkoll
terapija għal gruppi, familji u koppji, kif ukoll jingħata taħriġ u appoġġ
lill-ħaddiema tal-Fondazzjoni. Jingħata wkoll taħriġ lill-ġenituri għal
trobbija pożittiva (positive parenting).
Servizzi RESIDENZJALI
Tuldawn
l-aħħar 25 sena Sedqa għaddiet minn evoluzzjoni kbira fejn żviluppat
is-servizzi offruti skond il-ħtiġijiet tal-klijenti, f’ambjent dinamiku u mimli
sfidi.
Fil-qasam
residenzjali, l-Aġenzija Sedqa dejjem tfittex li timxi mal-bżonnijiet
tal-klijenti tagħha, filwaqt li sar sforz strateġiku biex tingħata aktar prijorità
lill-aspett terapewtiku fil-fażijiet ġodda tal-programm. Bħas-servizzi
fil-komunità, fil-qasam residenzjali qed tingħata aktar importanza sabiex
individwu jiġi mgħejjun minn tim multidixxiplinarju li jitratta l-kunċett ta’
dipendenza aktar milli jiġu sseparati s-servizzi a bażi tas-sustanza in kwistjoni.
Ġiet ukoll imfassla fażi mill-programm biex speċifikament tassisti
lill-individwu fir-ri-integrazzjoni tiegħu lura fis-soċjetà, li huwa punt tant
kruċjali fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni.
Storja ta’ Suċċess għax
il-ġlieda qed tintrebaħ
