Is-Sur George Borg kellu karriera twila fl-edukazzjoni. Beda l-karriera tiegħu bħala għalliem fl-iskejjel primarji u fl-edukazzjoni speċjali. Is-Sur Borg okkupa diversi karigi u pożizzjonijiet fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, minn kariga ta' għalliem sa Direttur Ġenerali (Servizzi Edukattivi). Matul il-karriera tiegħu, huwa kien membru ta' diversi bordijiet uffiċjali kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Bħalissa, is-Sur Borg huwa wkoll membru tal-Commonwealth Centre for Connected Learning (3CL) Foundation, Chairperson tal-Inter-Ministerial Inter-Professional Board for Disability Services (IIPBD), u membru tal-Independent Community Living Board. Is-Sur Borg ilu membru tal- Bord tal-FSWS mis- sena 2009. Huwa għandu wkoll rwol konsultattiv għal Commissioner for the Rights of Persons with Disability fil-Ministeru GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR. Fl-2003, is-Sur Borg irċieva l-Premju Ħaddiem tas-Sena għall-ħidma sinifikanti tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni ta' studenti b'diżabilità.
Matul il-karriera tiegħu, huwa kien membru ta' diversi bordijiet uffiċjali kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Bħalissa, is-Sur Borg huwa wkoll membru tal-Commonwealth Centre for Connected Learning (3CL) Foundation, Chairperson tal-Inter-Ministerial Inter-Professional Board for Disability Services (IIPBD), u membru tal-Independent Community Living Board. Huwa għandu wkoll rwol konsultattiv għal Commissioner for the Rights of Persons with Disability fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Benessri Soċjali. Fl-2003, is-Sur Borg irċieva l-Premju Ħaddiem tas-Sena għall-ħidma sinifikanti tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni ta' studenti b'diżabilità.
|