Is-Sħubijiet Pubbliċi-Soċjali (PSPs) huma ftehimiet kuntrattwali ta' tliet snin bejn il-Ministeru Għall-familja, Id-drittijiet tat-tfal u S-Solidarjetà Soċjali (MFCS) u l-NGOs rispettivi li ġejjin mill-qasam soċjali. Attwalment, l-MFCS għandu madwar tlieta u tletin PSP b'ħamsa u għoxrin (25) NGO differenti u ħmistax-il PSP ta' diżabilità bi tmien NGOs fis-settur tad-diżabilità. Il-tlieta u tletin PSP fis-settur mhux tad-diżabilità li jittrattaw il-kwistjonijiet soċjali huma:
- Il-benesseri tat-tfal/adoloxxenti bi mġiba ta' sfida;
- Klijenti li jsofru minn abbuż ta' sustanzi;
- Il-klijenti li jsofru minn kwistjonijiet ta' saħħa mentali;
- Djar tat-tfal;
- Djar li jipprovdu saqaf għall-persuni mingħajr dar;
- Kenn għall-vittmi ta' vjolenza domestika;
- Għal dawk li kienu priġunieri;
- Programmi Komunitarji;
- Assistenza lill-Komunità LGBTIQ;
- L-għajnuna lill-familji tal-morda b'mod terminali;
- Konsulenza professjonali flimkien ma' servizzi ta' Appoġġ;
- Servizzi bħal Kellimni.com;
- Assistenza psiko-soċjali relatata mal-kura paljattiva