Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Awditjar tas-Servizzi, Assigurazzjoni ta’ Kwalita’, Riċerka u l-Unit tal-Ekonomija (IRSAQAR)

Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Awditjar tas-Servizzi, Assigurazzjoni ta’ Kwalita’, Riċerka u l-Unit tal-Ekonomija (IRSAQAR)
Id-dipartiment tar-relazzjonijiet internazzjonali, awditjar tas-servizzi, assigurazzjoni ta’ kwalita’ u riċerka (IRSAQAR) għandu għan vast. Il-funzjonijiet ewlenin jinkludu li d-dipartiment jipprovdi konnessjoni bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u pajjiżi oħra, iwettaq riċerka li sservi bħala bażi għal-formazzjoni ta’ servizzi ta’ kwalità li huma bbażżati fuq il-bżonnijiet tal-klijent, jaċċerta li jingħata servizz ta’ kwalità għolja mill-Fondazzjoni kollha, kif ukoll jaċċerta li l-operat jiġi pjanat, implimentat u segwit b’mod strateġiku. Id-dipartiment jiffoka wkoll fuq riċerka li għandha bażi ekonomika. Din tinkludi, fost oħrajn, analażi tal-ispejjeż kif ukoll tal-benefiċċji tas-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni. 
  
L-operat tad-dipartiment huwa essenzjali għaliex jipprovdi appoġġ sabiex jinkiseb l-għan ewlieni tal-Fondazzjoni li huwa li jingħata servizz ta’ kwalità li jgħin biex jipprevjeni ċertu problemi kif ukoll itejjeb il-ħajjiet tat-tfal, tal-adulti u tal-familji li jkunu qed jesperjenzaw problemi soċjali.