Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi

It-tim tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi joffri numru ta' servizzi sabiex tiġi assigurata li l-provvisti u s-servizzi kollha tal-Fondazzjoni joperaw bla xkiel. It-tim jiżgura li s-sistemi tat-telefonija u tan-network tal-IT jaħdmu bl-aħjar mod; jintervjeni minnufih biex jiżgura li l-postijiet kollha tagħna huma siguri; jittieħdu l-miżuri kollha ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol; u jimplimenta Proġetti ffinanzjati mill-UE u nazzjonali fi ħdan l-FSWS.  

It-tim jinvesti bla heda biex jiżgura li l-immaniġġjar tal-proprjetà tal-FSWS huma rregolati minn sistemi aġġornati u jkunu dejjem adattati għall-bżonnijiet tal-operat. It-tim jieħu ħsieb ukoll il-kuntratti kollha u l-assigurazzjoni ta' kulma jinvolvi l-operat. 

Hija l-ambizzjoni tat-tim li jkompli b'mod persistenti biex jilħaq l-ogħla livell ta' servizz u jikkontribwixxi professjonalment lejn is-suċċessi tal-Fondazzjoni.​