Id-Direttorat għall-Ħarsien tad-Dejta u l-Immaniġġjar tal-Arkivji

Dan id-Dipartiment fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ġie mwaqqaf fl-2018 sabiex jieħu ħsieb jikkoordina dak kollu relatat mar-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Unjoni Ewropea li ġew fis-seħħ f'Mejju ta' dik is-sena. Il-funzjoni tal-immaniġġjar tal-Arkivji żdiedet fl-2020. 

Il-funzjonijiet ewlenin ta' dan id-direttorat huma: 

  • Taħriġ tal-istaff f'materji relatati mal-protezzjoni tad-dejta b'kollaborazzjoni mat-taqsima tal-FSWS li tieħu ħsieb it-taħriġ. 
  • Aġġornament ta' dokumentazzjoni tal-FSWS relatata mal-Protezzjoni tad-Dejta. 
  • Studju tal-Impatt li xi miżura ġdida jkun se jkollha fuq il-Protezzjoni tad-Dejta. 
  • Tfassil ta' ftehim ma' entitajiet li nikkollaboraw magħhom bl-iskop li tiġi mħarsa l-protezzjoni tad-dejta li naqsmu bejnietna. 
  • Konsulenza mal-membri tal-istaff dwar materji relatati mal-Protezzjoni tad-Dejta.