Ir-rwol tad-Dipartiment tal-Finanzi fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa l-monitoraġġ u l-immaniġġjar tal-finanzi tal-Aġenziji u d-Direttorati li tiġbor taħta l-Fondazzjoni.
Id-dmirijiet ewlenin jinkludu:
- Aġġornament ta' kotba tal-Fondazzjoni;
- Kontrolli interni;
- Ħlas lill-kredituri;
- Il-pagi;
- Ħruġ ta' kontijiet lil dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħna;
- Jaraw kwistjonijiet li jinħolqu minn dipartmenti ta' amministrazzjoni f'aġenziji oħrajn;
- Jipproduċu “management accounts" ta' kull xahar u rapporti oħrajn kif meħtieġ mill-Ministeru għall-Finanzi u s-servizzi Finanzjarji (MFIN)
- Jipproduċi baġits u proġezzjonijiet annwali kif meħtieġ mill-MFIN u abbażi ta' dawn iċ-ċifri l-MFIN jiddeċiedi l-ammont ta' finanzjament meħtieġ fis-sena mill-FSWS;
- Tikkoordina mal-awdituri esterni sabiex tlesti l-verifika statutorja annwali.