Mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), l-impjegati tagħna huma fundamentali għas-suċċess tagħna w instrumentali biex jilħqu l-għanijiet tagħna. L-Aġenziji tagħna huma kommessi li jipprovdu servizzi ta' kwalità lil dawk fil-bżonn. Tim ta' mpjegati b'għarfien u li dejjem ikomplu jitgħallmu biex jikkontribwixxu għal dawn il-kisbiet.
L-FSWS timpjega aktar minn 800 ħaddiem u d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani hu responsabbli li jipprovdi servizzi relatati mar-Riżorsi Umani madwar l-aġenziji kollha. Dan l-uffiċċju għandu diversi funzjonijiet, li jvarjaw mill-benesseri tal-ħaddiema, li jimpjega ħaddiema ġodda, li jgħinhom ikomplu jaħdmu mal-fondazzjoni, li jipprovdilhom it-taħriġ u jgħinhom fl-iżvilupp professjonali tagħhom. Dmirijiet oħra jinkludu unuri u rikonoxximenti, relazzjonijiet industrijali, proċeduri legali u l-proċessi tal-performance appraisals tal-impjegati. Barra hekk, dan l-uffiċċju hu wkoll responsabbli mid-disinn effettiv u l-implimentazzjoni ta' politiki, proċeduri u li jkun assigurat li l-implimentazzjoni tagħhom isseħħ.
Qed isir sforz biex lil persuni li jaħdmu ma' tfal, żgħażagħ, adulti u famiji fil-bżonn, jingħataw il-ħiliet neċessarji ħalli b'dawn il-ħiliet u l-esperjenza jilħqu l-miri tal-Fondazzjoni.
L-FSWS toffri wkoll opportunitajiet ta' xogħol lill-istudenti, li jvarjaw fil-professjoni akkademika li jkunu qed jistudjaw. Barra minn hekk, il-fondazzjoni toffri żvilupp professjonali kontinwu lill-professjonisti kollha li għandhom il-warrant, kif ukoll opportunitajiet ta' taħriġ kontinwu, kemm lokalment, kif ukoll barra minn Malta għall-impjegati kollha. Isiru wkoll evalwazzjonijiet tat-taħriġ biex ikun żgurat li l-għanijiet tat-taħriġ qed jintlaħqu.