Dipartiment tal-Marketing u Komunikazzjoni

Id-Dipartiment tal-Marketing u l-Komunikazzjoni (MCD) huwa responsabbli biex iqajjem għarfien dwar is-servizzi kollha offruti mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali.

L-għan tad-dipartiment huwa li jiżgura li l-pubbliku jkun infurmat sew dwar is-servizzi offruti mill-FSWS sabiex dawk fil-bżonn jew vulnerabbli jkunu jistgħu jfittxu l-għajnuna meħtieġa. Dan jinkiseb permezz ta' diversi mezzi; MCD jaħdem mill-qrib mal-aġenziji u direttorati biex jiżviluppa u jimplimenta kampanji ta' għarfien; id-dipartiment jiżgura wkoll li l-Fondazzjoni jkollha diversi interventi fuq il-midja fuq programmi tat-televiżjoni u tar-radju biex tilħaq l-akbar udjenza possibbli. 

Id-Dipartiment iżomm kuntatt dirett mal-pubbliku anke permezz tal-midja soċjali, fejn persuni li jitolbu għajnuna permezz fuq dawn il-pjattaformi jingħataw l-għajnuna meħtieġa. 

L-attivitajiet kollha li jiġu organizzati mill-FSWS, fosthom avvenimenti tal-midja, konferenzi, seminars u attivitajiet oħrajn li għandhom l-għan li jressqu lill-Fondazzjoni eqreb lejn il-pubbliku, huma wkoll responsabilità tal-MCD. Dan id-Dipartiment huwa responsabbli wkoll biex iħejji u jippjana aspetti loġistiċi kollha meħtieġa għal dan l-attivitajiet.

Dan id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli mill-pubblikazzjonijiet kollha fosthom ir-rapport annwali kif ukoll kull tip ta' xogħol ta' disinn u stampar ta' materjal għall-aġenziji kollha.

Barra minhekk, dan id-Dipartiment għandu kuntatt kontinwu ma' għadd kbir ta' produtturi ta' programmi kemm tat-televiżjoni u r-radju fejn kważi ta' kuljum, il-Fondazzjoni jkollu rappreżentanza fuqhom.