Id-Dipartiment għall-Konformità Regolatorja huwa responsabbli kemm għal-liċenzjar tal-SCSA, kemm għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tas-servizzi u l-bini kollha tal-FSWS, kif ukoll għad-direttorati u l-Aġenziji tagħha. Dan id-dipartiment jipprevjeni w jindirizza r-riskji fuq il-post tax-xogħol billi jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati r-riskji. Huwa responsabbli li jaħtar/iħarreġ u jikkoordina mar-rappreżentanti u l-assistenti rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurtà. Jiżgura li l-proċeduri, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mas-Saħħa u s-Sigurtà jiġu aġġornati regolarment biex jirriflettu r-rekwiżiti obbligatorji.
Dan id-dipartiment jaġixxi wkoll bħala punt ċentrali sabiex jassigura li kull servizz li jaqa' taħt l-FSWS jingħata/iġedded il-liċenzja biex jopera. Dan id-dipartiment jassisti u jikkordina wkoll spezzjonijiet minn korp kompetenti bħall-Awtorità dwar l-Istandards tal-Kura Soċjali. Jikkollabora regolarment mal-maniġers tal-Fondazzjoni u mal-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali biex tiżgura li l-Fondazzjoni twassal l-aħjar livell ta' servizz lill-klijenti tagħha skont il-prattiċi u l-istess livell tal-liċenzja maħruġa mill-korp kompetenti.