Children Dreams

Inizjattiva soċjali għal żmien il-Milied hija dik taċ-Children's Dreams. L-għan ta' dan il-proġett huwa li jaqta' x-xewqat tat-tfal li jgħixu f'familji li jkunu għaddejjin minn bosta problemi soċjali. Jgħin ukoll tfal vulnerabbli li jkunu qegħdin jgħixu f'sitwazzjonijet diffiċli fl-ambjent tad-dar tagħhom, u tfal li jgħixu f'bosta djar residenzjali.

Il-ħolm li jkunu jixtiequ t-tfal ivarja minn bosta affarijiet sempliċi u bażiċi bħal xi ikla jew xi ħarġa ċ-ċinema biex jaraw il-film favorit tagħhom, sa ħolm ieħor bħal xi kors f'xi dixxiplina jew snajja' partikolari.

Mijiet ta' tfal li jaffaċċjaw problemi soċjali jiġu megħjuna minn dan il-proġett biex ikollhom ukoll il-possibilità li x-xewqa tagħhom fi żmien il-Milied issir realtà, u b'hekk ikunu jistgħu jkunu ferħana bħal tfal oħra.​