Programmi għall-Adoloxxenti

Il-programm taż-żgħażagħ jindirizza l-bżonnijiet taż-żgħażagħ li huma f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali. Is-servizz huwa mmirat għal żgħażagħ li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-14 u t-18-il sena u li jkunu qegħdin jesebixxu mġiba diffiċli. Il-programm jappoġġja liż-żgħażagħ billi jipprovdilhom ambjent li huwa sigur fejn huma jkunu jistgħu jesprimu s-sentimenti u l-emozzjonijiet mingħajr ma jkunu ġġudikati. Filwaqt li l-programm qed isaħħaħ l-iżvilupp tal-ħiliet varji, l-adoloxxent ikun jista' jgħix b'mod sigur u b'saħħtu fil-komunità fejn jgħix minkejja diversi sfidi li jista' jiffaċċja. Dawn l-isfidi jistgħu jinkludu fost l-oħrajn realtajiet diffiċli fil-familji li jkunu ġejjin minnhom, kuntest fejn iż-żgħażagħ ma jirnexxilhomx jintegraw fis-sistema edukattiva, prostituzzjoni, problemi mal-awtoritajiet, ksur ta' liġi, abbuż minn sustani illegali u dipendenzi oħrajn inkluż dik tat-teknoloġija.​