Embark for Life

Is-Servizz tal-Embark for Life jindirizza l-bżonnijiet taż-żgħażagħ li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Dawn jinkludu żgħażagħ li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 15 u 25 sena li għal raġunijiet varji u sitwazzjonijiet fil-ħajja tagħhom, jiffaċċjaw diversi diffikultajiet biex isibu u jżommu x-xogħol. Barra minn hekk, l-għan tas-servizz huwa li jinkoraġġixxi ż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fi programmi edukattivi biex b’hekk ikun aktar faċli biex isibu xogħol.

Is-servizz ukoll jappoġġja liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod aktar indipendenti fil-komunità u jtejbu l-livell tal-ħajja tagħhom. Is-servizz huwa mmirat għal diversi żgħażagħ li jkunu qed jesperjenzaw diversi realtajiet bħal vizzji, dinamika fil-familja, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, problemi bil-liġi, emozzjonijiet instabbli u mġiba diffiċli fost diversi oħrajn. Biex nindirizzaw diversi għanijiet, professjonisti mis-Servizz tal-Embark for Life jaħdmu maż-żgħażagħ fuq livell individwali filwaqt li jgħaddulhom l-informazzjoni u l-appoġġ li huma jeħtieġu. ​​​​