L-għan ewlieni tas-Servizz tal-Fostering hu li joffri esperjenza ta’ familja lil tfal li għal raġunijiet speċifiċi ma jistgħux jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom. Ir-raġunijiet għaliex it-tfal jibbenefikaw f'foster care huma diversi. Is-Servizz tal-Fostering għandu l-għan li jintegra mill-ġdid it-tfal mal-ġenituri bijoloġiċi jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-istess minuri. F’każ li dan ma jkunx possibbli, il-fostering joffri kura u pjan ta’ permanenza.
Individwi interessati li jiffosterjaw, ikunu approvati uffiċjalment mid-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternattiva). Il-proċess jinvolvi li persuna tattendi taħriġ obbligatorju. Wara t-taħriġ, isir assessjar minn ħaddiema soċjali sabiex jiġi evalwat jekk il-persuni li attendew it-taħriġ għandhomx il-ħiliet neċessarji. Il-ħaddiema soċjali joħorġu rapport u dan jintbagħat lill-Bord tal-Fostering. Id-deċiżjoni finali, dwar jekk l-applikanti għandhomx jiġu approvati bħala foster carers, tittieħed mill-istess Bord.
It-tfal jingħataw l-opportunità li jgħixu f'ambjent ta’ familja fejn jingħataw imħabba, sigurtà u stabbiltà. Permezz tal-fostering, it-tfal jingħataw diversi opportunitajiet sabiex jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-karattri tagħhom bl-għan li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.
1778/22959000 / 99010533 / 99557704 / Facebook Fostering Service-Malta.