Home Start


Il-Homestart jipprovdi appoġġ lil familji bi tfal taħt il-ħames snin. Il-voluntiera mħarrġa f'dan is-servizz iżuru d-dar tal-familja għal ftit sigħat kull ġimgħa. Huma jfasslu l-appoġġ tagħhom għall-bżonnijiet tal-ġenituri u tat-tfal. Il-voluntiera huma impenjati ħafna u jibqgħu jżuru d-dar sakemm l-iżgħar tifel jew tifla jagħlaq il-ħames snin jew jibda l-iskola, jew sakemm il-ġenituri jħossu li jistgħu joqogħdu fuq saqajhom stess.  ​

Spiss tiżviluppa relazzjoni ta' fiduċja bejn il-ġenituri u l-voluntiera li din tista' twassal għal bidla qawwija fil-familja. L-appoġġ għall-familja jingħata b'xejn u huwa strettament kunfidenzjali. Il-voluntiera jħeġġu lill-ġenituri biex ikollhom il-kunfidenza u l-indipendenza tagħhom ħalli jibnu r-relazzjonijiet huma stess u kif ukoll biex jingħataw xi tip ta' appoġġ ieħor.

​​