Minuri li jgħixu
f’kura alternattiva għandhom bżonnijiet partikolari ta’ saħħa minnħabba
r-raġunijiet varji li waslu biex kellhom jinħarġu mill-familja naturali
tagħhom. Il-bżonnijiet partikolari ta’ saħħa f’dawn il-minuri ikopru sew problemi
ta’ saħħa fiżika u żvilupp, problemi emozzjonali, kif ukoll problemi ta’ saħħa
mentali. Dan is-servizz immexxi minn pedjatra b’taħriġ f’dan il-qasam, flimkien
ma’ infermiera, jimmira biex joffri assessjar individwalizzat u komprensiv
tal-bżonnijiet ta’ saħħithom kif ukoll li jara li l-minuri jifhmu l-istorja ta’
saħħithom u jkollhom vuċi f’dak li jixtiequ.