Id-Direttorat għall-Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ), għandu l-għan li jissalvagwardja l-benesseri tat-tfal f'kura alternattiva, żgħażagħ u adoloxxenti vulnerabbli. Id-Direttorat jagħmel ħiltu biex jiżgura li l-vuċi tagħhom tinstema, ikollhom l-opportunità li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiżguraw is-sikurezza tagħhom matul l-iżvilupp tagħhom.
Permezz tas-servizzi varji provduti, li jinkludu s-servizz tal-Adozzjoni, Fostering, il-Looked after Children, Paediatric Support, Supervised Assess Visits, After Care Service, is-Servizzi taż-Żgħażagħ u d-Djar fil-Komunità, jingħata sostenn lill-partijiet kollha involuti fil-ħajja tal-minuri li qegħdin f'kura alternattiva, u tiġi ffaċilitata ir-riunifikazzjoni, fejn possibbli. L-għan aħħari huwa li t-tfal u ż-żgħażagħ jaslu lejn il-ħajja adulta f'ambjent sikur, f'għozza u stabilita'.
Bħala parti mill-viżjoni tiegħu, id-Direttorat għall-Kura Alternattiva (it-Tfal u ż-Żgħażagħ) għandu l-għan li jadatta għal tendenzi ġodda li joħorġu mill-komunità, il-prattika diretta, ir-riċerka, u permezz tat-titjib u l-iżvilupp tas-servizzi tiegħu, sabiex ikompli jipprovdi l-aħjar approċċ fl-appoġġ għat-tfal, iż-żgħażagħ u n-netwerk ta' sapport tagħhom.
- Reunifications with birth families;
- Permanency, whether it is in Foster Care, Residential Care and/or Community Care;
- Freeing up for adoption and;
Permezz ta' ħidma kollaborattiva ma' kull diversi partijiet preżenti fil-ħajja tat-tfal u żgħażagħ, id-Direttorat ifassal pjan ta' kura individwalizzati, li jirriflettu l-parametri soċjali u legali li bihom jissalvagwardja l-kura tagħhom. Il-pjan ta' kura jiġi rivedut perjodikament sabiex jiġi żgurat li dan xorta jkun jirrifletti l-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ. Minbarra li jiffokaw fuq l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-pjanijiet ta' kura jqisu wkoll:
- Ir-riunifikazzjonijiet mal-familja tat-twelid
- Il-permanenza, kemm jekk tkun fil-Foster Care, f'Kura Residenzjali u/jew f'Kura Komunitarja
- L-possibilita' ta' addozzjoni
- After Care