Youth In Focus

​​

Is-Servizz tal-Youth in Focus jipprovdi għajnuna professjonali lil żgħażagħ minn 13 sa 18-il sena, bl-iskop li jassistihom fiż-żmien tal-adoloxxenza u ż-żgħożija tagħhom. Iż-żgħażagħ jiġu megħjuna sabiex jidentifikaw il-bżonnijiet tagħhom filwaqt li jindirizzawhom bis-sehem attiv tagħhom u bl-għajnuna tal-professjonisti tas-servizz. Permezz ta’ dawn l-interventi, ngħinu liż-żgħażagħ jirrikonoxxu u jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom. B’hekk nixprunaw parteċipazzjoni attiva anke fejn jidħol il-pjan ta’ azzjoni li jkun qed jiġi mfassal bl-għan li nindirizzaw il-bżonnijiet attwali jew futuri taż-żgħażagħ partikolari. Dan is-servizz jingħata lil żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn sfidi varji li jinkludu fost l-oħrajn rabja, problemi ta’ relazzjoni mal-ġenituri, użu jew abbuż ta’ droga u/jew alkoħol, imġiba kriminali u abbuż emozzjonali.