Is-Servizzi fil-Komunità jiffurmaw parti mill-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, u huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilupp tal-komunità, fosthom:
- Kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji u komunitajiet, mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli.
- Filosofija ffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunità li jgħix fiha.
- Pjan t’azzjoni bi qbil bejn il-klijent u l-professjonisti involuti.
- Perspettivi innovativi u multidixxiplinarji.
- L-użu ta’ kejl tal-eżitu.
Is-Servizzi fil-Komunità joperaw b’mod differenti skont il-komunità li fiha joperaw, iżda madankollu joffru servizzi ta’ Xogħol Soċjali u Mentoring f’kull komunità fejn hemm servizz offrut. Dawn is-servizzi fil-komunità huma:
- Qawra Community Services
- Mosta Community Services
- Msida and Birkirkara Community Services
- Valletta Community Services
- Cottonera Community Services
- Zabbar Community Services
Is-Servizzi fil-Komunità joffru wkoll is-servizzi ta’ Mentoring f’lokalitajiet fuq bażi reġjonali kemm fis-servizzi msemmija hawn fuq kif ukoll f’lokalitajiet oħra f’Malta. Dawn is-servizzi jagħmlu użu mill-ħaddiema soċjali tal-Intake and Family Support Service tal-Aġenzija Appoġġ. Dawn jinkludu ċentri oħra li huma:
- Ċentru f’Santa Luċija (parti mill-Cottonera Community Services)
- Western Community (li jassisti familji f’lokalitajiet fil-Punent ta’ Malta)
- Northern Harbour Community (li jassisti familji f’lokalitajiet madwar ir-reġjun tat-Tramuntana tal-Port)
- Southern Community (li jassisti familji f’lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta)
Għaldaqstant, wieħed jista’ jsib lista kompluta ta’ liema lokalitajiet jiffurmaw parti minn liema servizz billi jagħfsu hawn.
Ix-Xogħol Soċjali, il-ħidma tal-komunità u s-servizz ta’ Mentoring huma offruti kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji. Dan isir bl-għan li:
- Nikkumbattu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
- Insaħħu l-valur li nieħdu ħsieb xulxin bħala membri tal-istess komunità.
- Insaħħu l-ħiliet tal-individwi, il-familji u l-komunitajiet li naħdmu magħhom, biex jissarrfu f’familji aktar b’saħħithom, f’abbiltajiet ta’ prospetti aħjar għax-xogħol, stabbiltà fid-dar u għarfien finanzjarju.
- Insaħħu l-parteċipazzjoni attiva, b’tisħiħ ta’ ħidma konġunta mal-għaqdiet kollha fil-komunità.