Home-Based Therapeutic Services (HBTS) huwa servizz terapewtiku mogħti fid-djar li jifforma parti mill-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità. Il-prinċipji li jħaddan dan is servizz huma:
Perspettiva li tħares lejn il-ħiliet tal-individwu
Is-servizzi ta’ Psikoterapija, Terapija tal-Familja, u Counselling, huma offruti kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji fid-djar rispettivi tagħhom jew inkella fil-komunità.
Dan isir bil-għan li:- Jiġu ppreservati l-familji fejn hemm ulied taħt it-tmintax-il sena
Tissaħħaħ il-familja biex jiġu żgurati l-benesseri u s-sigurtà tat-tfal
Tappoġġja lill-ġenituri jew gwardjani sabiex jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet mal-ulied
Home-Based Therapeutic Services hu magħmul minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti li jipprovdu appoġġ terapewtiku lill-familja, tfal u individwi madwar Malta.