Il-1772 huwa servizz ġdid għall-persuni kollha li qed iħossuhom waħidhom u iżolati mill-kumplament tas-soċjetà wara li bdiet il-pandemija tal-Covid-19.
Fuq il-linja 1772, wieħed isib professjonisti illi huma lesti li jisimgħuh u jgħinuh fid-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum. Il-linja sservi ta' solljev għal dawk illi ma għandhomx ma' min jgħidu kelma u jaqsmu l-ġurnata tagħhom ma' xi ħadd.
Il-linja hija miftuħa 24 siegħa kuljum.