Permezz ta' dan is-servizz, tfal li jkunu abbużivi mal-ġenitur/i tagħhom jew adulti li jkunu qed jieħdu ħsiebhom, jiġu megħjuna permezz ta' ħaddiema soċjali u professjonisti oħra sabiex jindirizzaw is-sigurtà ta' kull membru fil-familja.
Child to Parent Violence Service jressaq kemm jista' jkun lil kull membru tal-familja għall-għajnuna. Dan is-servizz jaħdem b'mod sistematiku flimkien mal-ħaddiema soċjali tal-ġenituri jew carers, u professjonisti jew servizzi oħra li qed jaħdmu mal-familja biex ikunu jistgħu jindirizzaw it-trawmiet varji li jkunu għaddew minnhom matul is-snin.