Assessjar tar-Riskju tal-Vjolenza Domestika

It-tim ta' professjonisti fi ħdan dan is-servizz huwa mħarreġ fid-DASH Risk Assessment Tool sabiex vittmi li jirrapurtaw vjolenza u abbuż lill-Pulizija, issirilhom valutazzjoni tal-livell ta' riskju li jinsabu fih. Dan sabiex l-aħjar għajnuna u protezzjoni tingħata lill-vittma. 
​Dan is-servizz jaħdem fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.