Dan ix-xelter ġie mwaqqaf f'Ottubru tas-sena 2000. L-objettiv huwa li joffri kenn immedjat għall-vittmi nisa li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika, kif ukoll lit-tfal tagħhom li jkollhom bżonn protezzjoni.
Dan is-servizz joffri għajnuna lil nisa li jkunu għaddejjin minn tbatija emozzjonali jew li jkunu għaddew minn abbuż fiżiku jew sesswali minħabba vjolenza domestika. L-istess għajnuna tingħata wkoll lit-tfal tagħhom.