MARAM tfisser laqgħa li ġġib flimkien aġenziji varji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għal vittma. Bħala parti mill-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni fuq il-Vjolenza tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, MARAM jikkoordina l-intelliġenza u l-ħidma ta' entitajiet differenti li jaħdmu direttament mal-vittmi tal-vjolenza domestika u t-tfal tagħhom.
Ir-rwol tal-MARAM huwa li tiffaċilita, tissorvelja u tevalwa l-qsim effettiv ta' informazzjoni bejn l-entitajiet u tippermetti li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jitnaqqas ir-riskju ta' ħsara lill-vittmi ta' vjolenza domestika u biex tiżdied is-sigurtà pubblika.