Benniena

Is-servizz ta' Benniena jittratta ma' klijenti minuri u ommijiet tqal speċjalment dawk li għandhom diffikultajiet soċjali u/jew vizzji fost l-oħrajn. It-tim jirċievi każijiet li huma riferuti kemm minn ġewwa l-isptar kif ukoll dawk minn servizzi barra l-isptar. 

Diversi timijiet li jagħmlu riferimenti minn ġewwa l-isptar huma l-Antenatal, Parentcraft, Perinatal, swali pedjatriċi u diversi oħrajn. Il-ħaddiem soċjali jwettaq evalwazzjoni ħolistika u jipprovdi l-appoġġ u s-servizzi meħtieġa skont il-bżonnijiet tal-klijent. 

Is-servizz jaħdem ukoll b'kollaborazzjoni interdixxiplinarja għall-kura kkordinata tal-pazjent; filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-pazjent u tal-familja, huma importanti wkoll is-suġġerimenti tal-professjonisti involuti fil-kura tal-pazjent waqt li jkun rikoverat fl-isptar jew tal-klijenti li jattendu appuntamenti tat-tqala.​