Is-Servizz ta' ħaddiema soċjali huwa pprovdut minn diversi servizzi tas-saħħa mill-Aġenzija Appoġġ. Is-servizz joffri ħaddiema soċjali fl-Isptar tal-Onkoloġija, fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi, fl-Isptar Mount Carmel, Child and Young People Services (CYPS) u Primary Health.
Is-servizz ta' ħidma soċjali jipprovdi għajnuna lil persuni vulnerabbli u persuni li għaddejjin minn mumenti diffiċli u li jirrikjedu għajnuna soċjali.