Sptar Monte Karmeli

Fl-Isptar Monte Karmeli hemm ħaddiema soċjali li huma impjegati mill-istess sptar imma riċentament kien hemm oħrajn li ġew impjegati mill-FSWS imma qegħdin jaħdmu fl-Isptar Monte Karmeli.

Il-ħaddiema soċjali fl-isptar qegħdin imqassmin ma' diversi konsulenti. Ir-rwol tagħhom huwa li jagħmlu l-assessjar tal-każijiet li ħafna minnhom ikunu problemi ta' akkomodazzjoni, problemi ta' impjiegi, sitwazzjonijiet familjari u problemi finanzjarji.

​Il-ħaddiema soċjali jaħdmu f'tim multidixxiplinarju li jinkludu terapisti okkupazzjonali, psikologi u professjonisti oħra sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar servizz lill-pazjent.​