Is-servizz ibbażat ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi joffri servizz komprensiv ta' kura psiko-soċjali lill-klijenti li jbatu minn diffikultajiet ta' saħħa mentali u lill-familjari tagħhom. Dan isir biex il-klijenti u l-familjari jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar. Il-ħaddiema soċjali huma parti minn tim multidixxiplinarju li jikkonsisti f'konsulenti psikjatriċi, tobba, infermiera u psikologi li jipprovdu servizz fil-komunità.
In-nies li jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz iridu jkunu residenti ta' Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi. Il-klijenti u l-familjari jiġu segwiti permezz ta' visti fid-djar jew laqgħat fl-uffiċċju ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa, u anke f'ħidma ma' professjonisti oħrajn dejjem skont il-bżonnijiet tal-klijenti.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21440170 jew ibgħatu imejl fuq mandy.micallef@gov.mt / graziella.c.vella@gov.mt