Is-Servizz tal-ħidma soċjali fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo, jopera bl-għan li jassisti l-pazjenti li jkunu għaddejjin mill-marda tal-kanċer, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, mill-aspett soċjali, li jinkludi sapport emozzjonali lill-individwu u/jew lill-familja tiegħu, sabiex ikun jista' jgħinhom f'dan iż-żmien wara d-dijanjosi.
Is-servizz ta' ħidma soċjali jipprovdi wkoll appoġġ matul il-proċess tal-kura, u dan isir mill-ħaddiema soċjali, li jikkordinaw ma' diversi entitajiet, sabiex isibu u jutilizzaw ir-riżorsi meħtieġa mill-individwu/familtu, u jassistuhom f'aspetti soċjali, bħalma huma sitwazzjonijiet t'aspetti tas-sigurtà soċjali, eċċ.