Servizzi ta' Ħidma Soċjali Fi Ħdan l-Isptar Mater Dei

Is-Servizzi tal-ħaddiema soċjali provduti ġewwa l-Isptar Mater Dei huma permezz tal-Aġenzija Appoġġ. Is-servizz jipprovdi s-servizzi tiegħu lil pazjenti ta' kull età li jiltaqgħu ma' diffikultajiet psiko-soċjali.

Is-servizz huwa provdut kemm lill-pazjent kif ukoll mal-qraba tagħhom, bil-għan li jiġu pprovduti s-servizzi meħtieġa biex jgħinu jiffaċilitaw il-proċess tat-tluq mill-isptar. Dan isir billi l-ħaddiema jagħmlu assessjar ħolistiku; b'enfasi fuq l-istorja tal-pazjent kif ukoll il-konsegwenzi li jġib miegħu l-mard. Il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-istampa kollha flimkien mal-bżonnijiet immedjati hija kruċjali. Il-ħaddiema soċjali jgħinu u jħejju lill-pazjenti u l-familji tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji fir-rigward ta' ritorn fil-komunità mill-Isptar Mater Dei.

​Wara li l-pazjent jiġi rilaxxat mill-isptar, il-pazjent jista' jiġi riferut għal servizzi oħra fil-komunità għal aktar appoġġ u monitoraġġ.​