Sptar San Vinċenz De Paul

Il-Ħaddiema soċjali ġewwa San Vinċenz De Paul jaħdmu ma' residenti li għandhom problemi soċjali u istituzzjonali. Dawn is-sitwazzjonijiet jinkludu aċċess tal-pensjonijiet u pagamenti pendenti li jkollhom meta kienu jgħixu fil-komunità.

​Dawn jieħdu ħsieb ukoll ċertu bżonnijiet, sitwazzjonijiet legali, allegazzjoni ta' abbuż, problemi f'relazzjonijiet ma' qraba jew bejn ir-residenti stess, abbuż ta' sustanza, immaniġġjar ta' flus, għajnuna biex jerġgħu jmorru lura fil-komunità (anke jekk kontra avviż mediku) jew għajnuna biex jiġu rilokati ġewwa dar tal-anzjani oħra.