Programm Ulied Darna huwa servizz li permezz ta' voluntiera mħarrġa, joffri ħin, ħiliet, gwida, assistenza, appoġġ materjali, informazzjoni u għajnuna prattika biex jiffaċilitaw il-ħajja tal-familji li huma taħt stress u li qed jesperjenzaw xi diffikultajiet.
Il-familji jistgħu jiffaċċjaw bosta sitwazzjonijiet li jfixklu l-istabbiltà tal-familja tagħhom. F'każijiet bħal dawn, il-ħaddiema soċjali jew professjonisti oħra li diġà qed jaħdmu mal-familja, bi qbil mal-istess familja, jirreferuhom lill-Programm Ulied Darna.