Kura fil-Komunità tal-Anzjanita Attiva

L-għan prinċipali tas-servizz tas-social work fi ħdan id-Dipartiment l-Anzjanità Attiva hu li jiżgura li l-anzjani li qed jgħixu fil-komunità, ikollhom kwalità ta' ħajja tajba kemm jista' jkun. Is-social workers jintervjenu wkoll meta jkun hemm każijiet ta' allegatament abbuż.

​Il-każijiet ikunu referuti minn kull entità, kemm permezz ta' formola u kif ukoll permezz tat-telefown. Id-Dipartiment joffru wkoll servizz lill-anzjani li jgħixu f'xi dar residenzjali u li jkollhom bżonn assistenza minn social workers. Servizz ieħor li joffru hu dak ta' assessjar biex jingħata servizz ta' għajnuna fid-dar.​