Is-Servizz ta' Emerġenza wara l-ħin jopera fuq bażi on-call u l-ħaddiema jintervjenu meta jkunu msejħa biex jagħmlu dan, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jseħħu barra s-sigħat normali tax-xogħol inkluż fi tmiem il-ġimgħa u festi.
Hemm diversi modi li permezz tagħhom wieħed jista' jitlob għajnuna minn dan is-servizz. L-entitajiet ewlenin li jirreferu huma servizzi oħra fi ħdan l-Appoġġ u d-Direttorat tat-Tfal (Kura Alternativa), id-Direttorat għall-Ħarsien tat-tfal, il-pulizija u entitajiet oħra li jirreferu l-każ permezz tas-Supportline 179.