Każijiet ta' vittmi adulti ta' traffikar uman jiġu segwiti minn żewġ servizzi distinti. Is-Servizzi tal-Vjolenza Domestika jsegwu l-każijiet ta' traffikar għall-iskop tal-isfruttament sesswali, mentri fir-rigward ta' traffikar ta' persuni oħra, il-Korp tal-Pulizija ta' Malta ġeneralment jinforma lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali dwar kull każ ta' traffikar li potenzjalment ikun jeħtieġ għajnuna soċjali.
Dan isir f'konformità ma' Memorandum of Understanding bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Ministeru. F'tali każijiet il-Ministeru jipprovdi appoġġ permezz ta' interventi soċjali professjonali minn ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ, fejn jintervistaw, jivvalutaw, jagħtu pariri u jipprovdu appoġġ lill-vittmi.