Servizzi ta' Appoġġ għall-Familja

Dan is-servizz iservi bħala l-ewwel kuntatt għal klijenti ġodda li jkollhom bżonn l-assistenza. Ħaddiema soċjali fi ħdan dan is-servizz jassessjaw u jieħdu l-azzjonijiet neċessarji skont il-każ. Wara li jitlesta l-assessjar, il-ħaddiema soċjali jistgħu jew jibqgħu jaħdmu huma stess fuq il-każ, jew jirreferuh lejn servizz aktar speċjalizzat. 

​Barra minn hekk, dan is-servizz joffri wkoll il-Family Workshops li huma gruppi ta' sapport lil dawk il-familji li jkollhom bżonn jitgħallmu ħiliet ġodda sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu aħħar mal-ħtiġijiet tal-familja. 

Fost it-temi diskussi nsibu: ħiliet relatati mat-trobbija, budgeting skills, communication skills, u time-management fost oħrajn. Dawn il-gruppi ġeneralment jiltaqgħu darba fil-ġimgħa għal perjodu ta' sitt xhur.