Linja ta' Sapport 179

Is-Supportline 179 hija l-linja telefonika nazzjonali li toffri appoġġ, informazzjoni dwar servizzi soċjali lokali u aġenziji oħra, u servizz ta' riferiment lil min iċempel u jeħtieġ aktar sostenn. Is-Supportline joffri wkoll servizz lil persuni li huma għaddejjin minn żminijiet ta' diffikultà jew ta' kriżi. Il-missjoni ewlenija tas-Supportline 179 hija li tipprovdi għajnuna mmedjata u imparzjali lil dawk li jfittxu informazzjoni, appoġġ u/jew jeħtieġu referenza għal aġenziji tas-servizzi soċjali. Is-Supportline 179 huwa disponibbli 24 siegħa kuljum u kull telefonata li ssir, kemm minn fuq linja fissa u kif ukoll minn fuq mowbajl, hija bla flus.

Supportline 179 jirċievi telefonati dwar firxa vasta ta' problemi, fosthom dwar sitwazzjonijiet ta' abbuż tat-tfal, vjolenza domestika, droga/alkoħol/problemi tal-logħob u persuni bla dar fost oħrajn.

​Barra minn hekk, it-telefonati kollha li jaslu fuq l-Emotional Support Helpline tal-Unjoni Ewropea 116 123, kif ukoll fuq iċ-Child Helpline 116 111, huma trattati wkoll mit-tim tas-Supportline 179.​