Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-tfal

Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-tfal hu entità ġdida, stabbilita taħt il-kappa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Dan id-direttorat hu inkarigat li jinvestiga rapporti u allegazzjonijiet ta' abbuż fuq minuri, u li jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jiżgura li l-minuri kollha huma protetti u sani.  

Permezz ta' sistema li tispeċjalizza fix-xogħol forensiku mat-tfal, dan it-tim multidixxiplinarju jaħdem mat-tfal u mal-familji sabiex ikunu stabbiliti d-diffikultajiet li qed ifixklu l-benesseri tal-minuri. Dan l-assessjar jgħin lill-professjonisti sabiex jiddisinjaw pjan ta' kura li jħares l-ewwel u qabel kollox, l-aħjar interess tal-minuri, u li jimmira li jxejjen u jneħħi r-riskji kollha li qed jipperikolaw il-ħajja tal-minuri u l-benesseri tiegħu.  ​