Servizz tal-Qorti

​​Is-Servizz tal-Qorti fi ħdan l-FSWS jikkontribwixxi għat-tħaddim tar-riforma legali tad-droga, bid-data tal-15 ta’ April 2015 – “Trattament mhux priġunerija”, Kap 537. ​


Il-Ħaddiema tal-FSWS jokkupaw rwol f’dawn il-karigi li ġejjin; il-Kummissarju għall-Ġustizzja fit-Tribunal, il-Kordinatriċi tal-Bord tar-riabilitazzjoni ta’ persuni li nqabdu bid-droga, u psikoterapista li tgħin lill-klijenti f’dan is-servizz. 

Dan is-servizz wera li kien kruċjali għal ħafna persuni li nqabdu bid-droga, inklużi minorenni. 


It-Tribunal jittratta ma’ dawk il-persuni li jinqabdu fil-pussess tad-droga għall-użu personali tagħhom. Kull każ jiġi trattat individwalment u kull persuna tiġi segwita skont il-bżonnijiet tagħha. 


Il-persuni li jiksru l-liġi darbtejn jew aktar, jiġu riferuti lill-Bord fejn jitfasslilhom pjan ta’ kura. 


Hemm xi wħud li jiġu wkoll megħjuna mit-Tribunal skont it-trattament preskritt għalihom. 


Ir-rwol tal-Bord huwa li jikkopera mill-qrib mat-Tribunal u entitajiet involuti fil-pjan ta’ kura sabiex tiġi provduta terapija ħolistika lil kull individwu referut għandhom. 

Il-Kordinatriċi tagħmel monitoraġġ fuq ir-riabilitazzjoni tal-klijenti skont il-pjan ta’ kura individwali, u tirrapporta lill-Qorti u lill-Bord dwar il-progress skont kif inhu meħtieġ.