Aġenzija Sedqa

Imnedija fis-26 ta' Ġunju 1994, Aġenzija Sedqa kienet l-eku għall-ħtieġa dejjem akbar li jiġu mwaqqfa servizzi f'kuntest ta' riabilitazzjoni mill-problemi tad-droga u l-alkoħol  ġewwa Malta. Fil-bidu tas-sena 1993, il-gvern ta' dakinhar, waqqaf kumitat immexxi mill-Maġistrat Dr. Silvio Meli sabiex jevalwa s-servizzi eżistenti u jispiċċa bi proposti bil-għan li jsir it-titjib neċessarju. Magħruf bħala 'Ir-Rapport Meli',  ippubblikat f'Awwissu tal-1993, dan kien l-ixprun sabiex titwaqqaf Sedqa bħala l-Aġenzija nazzjonali kontra l-abbuż mid-droga u l-alkoħol.

Mill-bidu nett, l-għan ewlieni tal-Aġenzija kien li tiġbor taħt qafas wieħed servizzi soċjali u ta' prevenzjoni, akkumpanjati mill-intervent mediku, sabiex il-prodott finali jkun wieħed fortifikat f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' abbuż ta' sustanzi. Matul is-snin, Sedqa kompliet tiżviluppa s-servizzi tagħha, f'sintonija ma' dak li kontinwament jevolvi fix-xena ta' l-abbuż tas-sustanzi, u b'riflessjoni partikolari abbażi tal-ideat tas-servizz għas-saħħa pubblika. Fil-preżent, Sedqa qed toffri kwantita` ta' servizzi multidixxiplinarji, kollha relatati ma' kull tip ta' vizzjijiet u dipendenzi. L-itinerarju ta' Sedqa jikkonsistu f'servizzi ta' prevenzjoni, servizzi ta' riabilitazzjoni fil-komunità, servizzi terapewtiċi, servizzi mediċi inpatient u outpatient, li jinkludu sezzjoni speċjali fejn ta' kuljum titqassam il-methadone lil numru ta' nies. Sedqa tikkollabora wkoll ma' entitajijet oħra bil-għan illi toffri l-aħjar kura possibbli, filwaqt illi tinsisti sabiex tilħaq lil dawk fil-bżonn u kull fejn ikunu.

Sedqa baqgħet u se tibqa' impenjata sabiex tkompli tipprovdi servizz impekkabbli u bbażat fuq evidenza u għarfien relatat ma' dak li kontinwament jiżvolġi fuq fix-xena tas-servizzi relatati mall-vizzji.    

 


SEDQA

Sedqa



Direttur ta Aġenzija Sedqa

Blogs

© All rights reserved