Servizz ta’ Ditossifikazzjoni OutPatient (SMOPU)

DETOX

L-SMOPU, jew kif inhu l-aktar magħruf, iċ-ċentru tad-Detox, jinsab ġewwa l-isptar San Luqa. Dan huwa servizz illi l-Aġenzija Sedqa toffri fuq bażi nazzjonali. Iċ-ċentru tad-Detox għandu bħala għan l-għajnuna medika għall-persuni li jużaw sustanzi. Din l-għajnuna medika, soċjali, kif ukoll psikoloġika hija mogħtija fuq bażi low-threshold u tingħata f'livell bażiku wara l-assessjar dovut. Għal dan il-għan, l-iskwadra ta' ħaddiema ġewwa ċ-ċentru tad-Detox hija magħmula minn tobba, infermiera, ħaddiema soċjali, spiżjara kif ukoll psikjatra li tattendi regolarment. Parti integrali ta' dan is-servizz huwa intiż biex inaqqas il-ħsara mill-użu tas-sustanzi. Għal dan il-għan, jingħataw servizzi bħal dak tad-dispensa tal-methadone għall-persuni bi problemi ta' opjaċi kif ukoll servizzi li jgħinu lill-persuni bi problemi ta' vizzji oħra jew bi problemi ta' natura medika kkawżati mill-użu ta' sustanzi. Sabiex wieħed jibbenefika minn dan is-servizz għandu l-ewwel jirrikorri jew għand is-servizz tal-komunità fi ħdan Sedqa stess jew inkella għand NGOs oħra f'dan il-qasam. Hemm, l-ewwel isir assessjar inizjali, imbagħad il-persuna tintbagħat għall-għajnuna ġewwa ċ-ċentru tad-Detox kif meħtieġ.