Ġiet imħabbra kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) u l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) sabiex jitqassam tagħmir biex jiġi ffrankat l-ilma bħala parti mill-kampanja “L-Ilma – Ibda Minnek”. L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li jkomplu jiġu promossi prattiċi ta’ għajxien sostenibbli madwar Malta u Għawdex.
It-tagħmir tal-kampanja “L-Ilma – Ibda Minnek” se jitqassam lill-persuni vulnerabbli fis-soċjetà sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà lil dawn komunitajiet kif wkoll titkabbar il-kuxjenza dwar il-konservazzjoni tal-ilma u fl-istess waqt, jiffrankaw il-flus lill-familji.
Press Release: Agħfas Hawn





