L-FSWS preżentat ir-Rapport Annwali 2024, f’konferenza tal-aħbarijiet. Il-pubblikazzjoni tenfasizza l-kisbiet u l-impatt ta’ kull fergħa tal-Fondazzjoni matul is-sena ta’ qabel. Dan jirrifletti l-impenn kontinwu tal-FSWS li dejjem tipprova ttejjeb s-servizzi tagħha u tipprovdi għajnuna lil min għandu bżonn.
Link: https://fsws.gov.mt/fsws/publications/annual-reports/
Il-kelliema kienu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tal-Familja, Dr Michael Falzon, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Mark Musù, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, is-Sur Alfred Grixti u ċ Chairperson tal-istess fondazzjoni, is-Sur George Borg. Il-kelliema lkoll faħħru x-xogħol li sar mill-istrutturi kollha tal-FSWS matul is-sena li għaddiet.
Huma awguraw aktar ħidma u suċċessi mill-FSWS għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.


