Illum f’konferenza tal-aħbarjiet, ġie ppubblikat ir-Rapport Nazzjonali tal-ESPAD, proġett Ewropew ta’ stħarriġ fl-iskejjel fost studenti ta’ 15 sa 16-il sena. L-istħarriġ jiġbor informazzjoni dwar it-tipjip tas-sigaretti, l-użu tas-sigaretti elettroniċi, il-konsum tal-alkoħol, l-użu tal-midja soċjali u użu ta’ sustanzi oħra. Fl-edizzjoni tal-2024 li saret madwar Malta u Għawdex ħadu sehem 2,088 studenti.
Il-kelliema kienu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tal-Familja, Dr Michael Falzon, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, is-Sur Alfred Grixti, id-Direttur ta’ Aġenzija Sedqa, is-Sur Charles Scerri, Professur fil-psikoloġija mill-NHS Fife Addiction Services fir-Renju Unit, Dr Suzanna Galea-Singer, kif ukoll it-tim tar-riċerka tal-FSWS li għamel dan l-istħarriġ f’kollaborazzjoni mas-skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti ta’ Malta u Għawdex.
View here: ESPAD-Report-online.pdf


