Report Abuse
Close Tab

New Beginnings Launch

 
IL-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, nediet proġett ġdid bl-isem: New Beginnings: Empowering Against Trafficking. Dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Emigrazzjoni (IOM).
Dan il-proġett huwa ikkofinanzjat mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), u għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-vittmi tat-traffikar tal-persuni f’Malta.
Din il-kollaborazjoni tiffoka fuq ħidma ħolistika, kura għal trawmiet li jkunu għaddew minnhom il-vittmi, akkomodazzjoni sigura, appoġġ soċjali u psikoloġiku, assistenza legali, u għajnuna biex il-vittmi jerġgħu lura għal ħajja normali. Il-proġett jenfasizza l-prevenzjoni u kampanja ta’ għarfien permezz ta’ ’community outreach’, speċjalment fost gruppi vulnerabbli li qegħdin f’aktar riskju ta’ traffikar.
Il-proġett jinvolvi wkoll taħriġ professjonali għal ħaddiema frontliners biex ikunu f’pożizzjoni li jgħarrfu u jassistu vittmi ta’ traffikar fi stat bikri.
FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.