Report Abuse
Close Tab

Il-Kap Ezekuttiv

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred GRIXTI, inħatar Viċi-President tal-European Social Network (ESN). Din il-ħatra kienet imħabbra u kkomunikata waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-ESN li qed jiltaqa’ f’ dawn il-ġranet f’ Antwerp il-Belġju. 

Alfred GRIXTI kien elett għall-ewwel darba fuq il-Board of Trustees tal-ESN fis-sena 2020 u ġie ri-elett fil-Board of Trustees f’ Novembru, 2023. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Board il-ġdid li saret f’ Jannar 2024 ġewwa Bruges, Alfred GRIXTI kien elett wieħed mit-tlett viċi-presidenti tal-ESN  flimkien ma’ Graham OWEN (Svezja) u Giorgia CHIMBANI (Renju Unit). Il-President tal-ESN huwa Christian FILLET (Belġju). Alfred GRIXTI se jkun responsabbli għas-sotto kumitat dwar it-tkabbir tal-membership tal-ESN. L-ESN hija l-unika organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bħala umbrella organisation li tiġbor fi ħdanha entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi soċjali varji fil-livelli muniċipali, reġjonali u nazzjonali fl-Ewropa. Fil-fatt, l-ESN bħalissa għandha 178 aġenzija bħall-FSWS membri fi ħdana minn 33 pajjiż Ewropew.​

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.