Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred GRIXTI, inħatar Viċi-President tal-European Social Network (ESN). Din il-ħatra kienet imħabbra u kkomunikata waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-ESN li qed jiltaqa’ f’ dawn il-ġranet f’ Antwerp il-Belġju.
Alfred GRIXTI kien elett għall-ewwel darba fuq il-Board of Trustees tal-ESN fis-sena 2020 u ġie ri-elett fil-Board of Trustees f’ Novembru, 2023. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Board il-ġdid li saret f’ Jannar 2024 ġewwa Bruges, Alfred GRIXTI kien elett wieħed mit-tlett viċi-presidenti tal-ESN flimkien ma’ Graham OWEN (Svezja) u Giorgia CHIMBANI (Renju Unit). Il-President tal-ESN huwa Christian FILLET (Belġju). Alfred GRIXTI se jkun responsabbli għas-sotto kumitat dwar it-tkabbir tal-membership tal-ESN. L-ESN hija l-unika organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bħala umbrella organisation li tiġbor fi ħdanha entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi soċjali varji fil-livelli muniċipali, reġjonali u nazzjonali fl-Ewropa. Fil-fatt, l-ESN bħalissa għandha 178 aġenzija bħall-FSWS membri fi ħdana minn 33 pajjiż Ewropew.


