Ikseb Għajnuna
Ikseb Għajnuna
Irrapporta Abbuż
Agħlaq it-Tab

Aġenzija Sedqa

Imnedija fis-26 ta’ Ġunju 1994, Aġenzija Sedqa kienet l-eku għall-ħtieġa dejjem akbar li jiġu mwaqqfa servizzi f’kuntest ta’ riabilitazzjoni mill-problemi tad-droga u l-alkoħol ġewwa Malta. Fil-bidu tas-sena 1993, il-gvern ta’ dakinhar, waqqaf kumitat immexxi mill-Maġistrat Dr. Silvio Meli sabiex jevalwa s-servizzi eżistenti u jispiċċa bi proposti bil-għan li jsir it-titjib neċessarju. Magħruf bħala ‘Ir-Rapport Meli’, ippubblikat f’Awwissu tal-1993, dan kien l-ixprun sabiex titwaqqaf Sedqa bħala l-Aġenzija nazzjonali kontra l-abbuż mid-droga u l-alkoħol.

Mill-bidu nett, l-għan ewlieni tal-Aġenzija kien li tiġbor taħt qafas wieħed servizzi soċjali u ta’ prevenzjoni, akkumpanjati mill-intervent mediku, sabiex il-prodott finali jkun wieħed fortifikat f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ abbuż ta’ sustanzi. Matul is-snin, Sedqa kompliet tiżviluppa s-servizzi tagħha, f’sintonija ma’ dak li kontinwament jevolvi fix-xena ta’ l-abbuż tas-sustanzi, u b’riflessjoni partikolari abbażi tal-ideat tas-servizz għas-saħħa pubblika. Fil-preżent, Sedqa qed toffri kwantita` ta’ servizzi multidixxiplinarji, kollha relatati ma’ kull tip ta’ vizzjijiet u dipendenzi. L-itinerarju ta’ Sedqa jikkonsistu f’servizzi ta’ prevenzjoni, servizzi ta’ riabilitazzjoni fil-komunità, servizzi terapewtiċi, servizzi mediċi inpatient u outpatient, li jinkludu sezzjoni speċjali fejn ta’ kuljum titqassam il-methadone lil numru ta’ nies. Sedqa tikkollabora wkoll ma’ entitajijet oħra bil-għan illi toffri l-aħjar kura possibbli, filwaqt illi tinsisti sabiex tilħaq lil dawk fil-bżonn u kull fejn ikunu.

Sedqa baqgħet u se tibqa’ impenjata sabiex tkompli tipprovdi servizz impekkabbli u bbażat fuq evidenza u għarfien relatat ma’ dak li kontinwament jiżvolġi fuq fix-xena tas-servizzi relatati mall-vizzji.

L-Aġenzija Sedqa tibqa’ impenjata li tkompli toffri l-aħjar servizzi possibbli, f’konformità mal-aħħar għarfien f’dan il-qasam, permezz ta’ prattika bbażata fuq l-evidenza.

Sedqa Directors

Dr. Anna Maria Vella
Clinical Director

Sedqa Directors

Charles Scerri
Operations Director of Aġenzija Sedqa

Aħbarijiet

Artikoli minn l-Aġenziji u d-Direttorati kollha

FSWS
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.